Il-PM Robert Abela Bl-Ewwel Laqgħa Tal-Kabinett Il-Ġdid

 Il-PM Robert Abela Bl-Ewwel Laqgħa Tal-Kabinett Il-Ġdid

Dalgħodu ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja saret l-ewwel laqgħa tal-kabinett l-ġdid ta’ Robert Abela.

F’kumment fuq il-mezzi soċjali l-Prim Ministru Robert Abela qal li kienet laqgħa tajba ħafna.

“Għandna entużjażmu u determinazzjoni qawwija biex inwettqu l-ħidma li fdalna l-poplu Għawdxi u Malti,” tenna l-Prim Ministru.

Preżenti għal din il-laqgħa tal-Kabinett kien hemm il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari, il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar u l-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Glenn Micallef.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com