Il-PM Se Jappunta Żewġ Membri Oħra Fil-Kabinett Fl-Irwol Ta’ Segretarji Parlamentari
Wara li ngħalaq il-proċess elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela issa se jkun qed jappunta żewġ membri oħra fil-Kabinett tal-Ministri fl-irwol ta’ segretarju parlamentari.
Rebecca Buttigieg se tkun qed tinħatar Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.
Alicia Bugeja Said se tinħatar Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.
Il-ġurament tal-ħatra mistenni jittieħed għada, il-Ħamis 14 ta’ April.