Il-PN Beda Proċess Biex Jikkonferma Jew Jibdel Lil Bernard Grech
Il-Partit Nazzjonalista beda l-proċess biex jitlaqqa’ kunsill ġenerali, sabiex jikkonferma jew jieħu post Bernard Grech bħala Kap tal-partit wara t-telfa kbira tax-xahar li għadda fl-elezzjoni ġenerali 2022.
L-istatut tal-partit jistipula li, wara elezzjoni ġenerali, il-membri tal-partit għandhom jingħataw iċ-ċans li jivvutaw dwar jekk jikkonfermawx il-kap fil-kariga jew jeleġġux wieħed ġdid.
Dak il-proċess beda b’laqgħa tal-kunsill amministrattiv tal-partit, li saret l-Erbgħa filgħaxija.
Dan, min-naħa tiegħu, se jwassal għal laqgħa tal-eżekuttiv tal-partit li sorsi qalu li se jkollha tittardja sakemm jitlesta l-grupp parlamentari tal-partit.