Il-PN Qed Jitlob Li Jkun Hemm Konsultazzjoni Mal-Istakeholders Kollha Qabel Issir Xi Riforma Fis-Sistema Tat-Taxxa

 Il-PN Qed Jitlob Li Jkun Hemm Konsultazzjoni Mal-Istakeholders Kollha Qabel Issir Xi Riforma Fis-Sistema Tat-Taxxa

Il-Partit Nazzjonalista jinnota l-kumment tal-Ministru tal-Finanzi li ser issir riforma radikali tas-sistema ta’ taxxa.

Dan kien espress fi stqarrija mill-Kelliem tal-PN għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia fejn qal li l-Oppożizzjoni tisħaq li bidla daqshekk importanti ssir biss wara diskussjoni pubblika li tinvolvi l-istakeholders kollha.

Huwa tenna li sfortunatament, mhux biss l-Oppożizzjoni, imma jidher li lanqas l-istakeholders kollha għadhom ġew ikkonsultati. “Fuq din il-materja sensittiva u kruċjali għal pajjiżna, dejjem kien hemm ħidma fil-qrib bejn Gvern u Oppożizzjoni,” saħaq Caruana Cilia.

Il-PN sostna li s-sistema ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna għandha impatt dirett fuq il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna. Timpatta b’mod dirett ukoll l-investiment barrani u speċjalment oqsma kruċjali bħas-servizzi finanzjarji u l-industrija tal-gaming fost oħrajn. “Għalhekk is-sistema li se jadotta l-Gvern ser ikollha impatt potenzjalment qawwi fuq l-impjiegi f’pajjiżna u fuq il-kapaċità ta’ pajjiżna li jiġġenera l-ġid,” saħaq il-PN.

Jerome Caruana Cilia temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid ikun xprun ta’ diskussjoni miftuħa u jkun infrumat u għaldaqstant se jorgnaizza serje ta’ laqgħat mal-istakeholders fis-settur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com