Il-Proċess Għall-Ħatra Tal-Kap Tal-PN Jibda Nhar Il-Ħadd
F’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, b’mod unanimu ġew maqbula r-regolamenti li se jwasslu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif stabbilit mill-istatut tal-Partit wara telfa ta’ elezzjoni ġenerali.
Il-proċess se jkun qed jibda nhar il-Ħadd li ġej bl-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali li se ssir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
L-ewwel sessjoni se tkun indirizzata mill-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Il-proċess ikompli billi tiftaħ is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess minn dawk interessati.