Il-Pulizija Qed Tfittex Lil Dan Ir-Raġel

Il-Pulizija qed tfittex lill Alexander Anthony Gialanze Whiteford.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li huwa qed ikun imfittex fuq ksur ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 11/2022.