Illum San Girgor – Issir L-Ewwel Għawma

 Illum San Girgor – Issir L-Ewwel Għawma

Il-Festa ta’ San Girgor marbuta sew maż-Żejtun u Marsaxlokk.

Ħafna jistaqsu għaliex dan il-pelegrinaġġ isir fil-parroċċa antika taż-Żejtun magħrufa bħala Ta’ San Girgor meta din il-knisja kienet minn dejjem iddedikata lil Santa Katarina. L-istatwa ta’ San Girgor tinsab barra l-knisja u mhux ġewwa. Wieħed jibda’ jaħseb, għaliex dan il-pellegrinaġġ ta’ livell nazzjonali ma kienx isir lejn xi knisja oħra b’qaddis aktar prominenti, bħal ngħidu aħna, San Pawl, il-qaddis patrun ta’ Malta, jew lejn xi knisja jew kappella ddedikata lill-Madonna.

Patri Fsadni u oħrajn isostnu li ż-Żejtun kien intgħażel għax hawn kienet il-parroċċja l-aktar ’l bogħod mill-Imdina, minn fejn jibda l-pellegrinaġġ, u għalhekk din il-għażla saret biex jitkattar aktar is-sens ta’ penitenza fost il-parteċipanti.

Biss, dan ma jispjegax il-fatt li f’Għawdex kien isir pellegrinaġġ ieħor fl-istess okkażjoni, li kien jibda mill-Knisja Matriċi fir-Rabat u jispiċċa ftit ’il bogħod barra l-belt.

Agius de Soldanis jgħid li dan il-pelegrinaġġ ta’ Għawdex kien jispiċċa fil-kappella ta’ Għar Gerduf / Il-Lunzjata, f’Kerċem, iddedikata lil San Girgor (1746).  L-aħħar li sar dan il-pellegrinaġġ kien fl-1851.

Informazzjoni ta’ Martin Morana.

Ritratt: Inquisitor’s Palace – National Museum of Ethnography, Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com