Imut Edward Calleja – “Ġentlom U Dulċier Mill-Aqwa”
Tħabbret il-mewt ta’ Edward Calleja, deskritt minn bosta persuni li qasmu messaġġi ta’kondoljanzi fuq il-mezzi soċjali għal din l-aħbar bħala ġentlom, b’qalb tad-deheb, dulċier mill-aqwa u ħabib għal bosta u li jaf iħobb.
Huwa miet fl-età ta’ 76 sena.
Edward għamel żmien jgħix l-Ingilterra u kien jaħdem bħala stilista tax-xagħar u meta rritorna lura Malta fl-1993 huwa ħadem fl-arti tax-sugarcraft u l-kejkijiet.
Huwa sar magħruf ma’ ħafna nies minn bosta programmi televiżivi li kien ikun mistieden fuqhom biex jagħlem is-sengħa tal-kejkijiet u l-ħelu.
Edward Calleja kien joqgħod in-Naxxar u miżżewweġ lil Antonio Spadari.
Strieħ fis-sliem!