“Inthom Teżor Fil-Knisja U Għall-Knisja…” – Il-Papa Franġisku
“Inthom teżor fil-knisja u għall-knisja.” Dan kien l-ewwel kliem li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif wasal lura Ruma minn Malta.
Il-Papa Franġisku rringrazzja lil dawk kollha li ħaddmu u preparaw dan il-vjaġġ Appostoliku kif ukoll lill-poplu Malti li laqgħu b’tant ferħ u entużjażmu.
“Se nkun qed niftakar fil-wiċċ imdawwal ta’ Malta!” tenna l-Papa filwaqt li qal li biex ma’ ninsewx biex inkomplu nxerrdu l-kelma t’Alla.
I thank all those who worked hard to prepare this #ApostolicJourney and the citizens of #Malta for your welcome. I will remember the luminous face of Malta! You are a treasure in the Church and for the Church. Do not forget: the joy of the Church is to evangelize.
— Pope Francis (@Pontifex) April 3, 2022
Fuq l-ajruplan fi triqtu lejn Ruma diversi ġurnalisti staqsew lill-Papa dwar iż-żjara tiegħu f’Malta.
Il-Papa Franġisku wieġeb li jinsab verament ferħan biż-żjara tiegħu f’Malta, “fhimt ir-realtajiet ta’ Malta, rajt entużjażmu impressjonanti minn nies kemm f’Malta u f’Għawdex kif ukoll fit-toroq kollha li għaddejna minnhom,” tenna l-Papa.
“Kont sorpriż…xtaqt għamilt aktar jiem,” temm jgħid il-Papa Franġisku fuq l-ajruplan tal-Air Malta.