Ir-Raġel Li Nstab Mejjet F’Bagoll Tal-Karozza F’Ħal Qormi Nqatel B’Daqqiet Ta’ Sikkina F’Sidru
Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq il-katavru li nstab f’bagoll tal-karozza f’Ħal Qormi fejn irriżulta li l-vittma inqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina fil-parti ta’ quddiem ta’ sidru.
Fi stqarrija, l-Pulizija qalet li minħabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, il-vittma għadu ma ġiex identifikat u għalhekk l-analiżi forensiċi għadhom għaddejjin fejn l-investigaturi qegħdin jistennew ir-riżultat tat-testijiet tad-DNA biex tkun ikkonfermata l-identità tal-vittma.
Il-Pulizija appellat biex min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjoni dwar dan l-omiċidju jista’ jċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri 21224001 / 119.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett, flimkien mal-Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Gabriella Vella għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
Aġġornat: Jinstab Katavru Ta’ Raġel F’Bagoll Ta’ Karozza F’Ħal Qormi