“Ir-Riħa Tal-Mewt li Xxomm…Għad Hawn In-Nies Katavri Fil-Karozzi” – Rene Rossignaud

 “Ir-Riħa Tal-Mewt li Xxomm…Għad Hawn In-Nies Katavri Fil-Karozzi” – Rene Rossignaud

Il-fotografu Malti Rene Rossignaud bħalissa jinsab fl-Ukraina fejn qed jgħix u jirrapporta l-gwerra li għaddejja f’dan il-pajjiż.

Fl-ewwel ftit sigħat f’dan il-pajjiż seta’ jara l-ħerba u t-tifrik li hemm b’bosta katavri għadhom fit-toroq u fil-vetturi.

Rene Rossignaud fl-ewwel waqfa tiegħu ftit mili biss barra mill-Kjev qal li r-riħa tal-mewt li xxomm hija qawwija u għad hemm nies katavri ġo karozzi li ġisimhom qas biss jintaraf.

Huwa żar ukoll il-post minn fejn kien qed jitqassam l-ikel lill-poplu Ukren, però ftit jiem ilu dan ġie attakkat ukoll b’konsegwenza li jinqered l-ikel kollu li kien hemm maħżun.

Rene qal li trid toqgħod attent ħafna fejn timxi u xi tmiss minħabba għadd ta’ splussivi moħbija.

Ara l-filmati: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com