Is-Sindku Tal-Belt Valletta Jappella Lill-BOV Biex Tieħu Azzjoni Dwar Il-Kjuwijiet Li Qed Jinġemgħu
“Mhux aktar aċċettabbli dan il-kju ta’ kuljum biex il-pubbliku jinqeda mill-BOV fil-Belt Valletta.”
Dan kien il-messaġġ li kiteb is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn appella lit-tmexxija tal-Bank of Valletta sabiex isib soluzzjoni għall-kjuwijiet twal ta’ kuljum li qed jifformaw quddiem il-fergħa tal-BOV.
“Apparti d-dehra li konna nsejna qed tinħoloq tbatija għal ħafna anzjani li qed jagħmlu ħin twil fil-kju,” saħaq Alfred Zammit.
Huwa temm jappella biex it-tmexxija tal-BOV tieħu azzjoni.