Is-Sit Uffiċjali Tal-President Tal-PE Għall-Ewwel Darba Bil-Malti F’Għeluq L-Ewwel 100 Jum Ta’ Metsola
Propju llum il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qed tagħlaq l-ewwel mitt ġurnata tagħha f’din il-kariga prestiġjuża.
Matul dawn l-ewwel mitt jum Metsola ta’ 43 sena sabet mal-ewwel sfidi kbar bħal gwerra fl-Ukraina fejn saħansitra kienet hi stess li żaret il-kapitali Kyiv għal-laqgħa mal-President Zelensky biex turi s-sapport tal-UE ma’ dan il-pajjiż. Metsola riedet tara b’għajnejha r-realtà f’dan il-pajjiż u s-soferenzi kbar li qed isofri dan il-poplu.
F’għeluq il-mitt ġurnata tagħha fl-uffiċju l-Parlament Ewropej nieda għal-ewwel darba s-sit uffiċjali tal-President bil-lingwa Maltija.
Dan is-sit normalment wieħed ikun jista’ jagħżel il-lingwa li jixtieq jaqra fejn normalment tkun dik Ingliża, Franċiża u l-lingwa li jkun ġew minnha l-President tal-Parlament Ewropew. Għal-Ewwel darba wieħed jista’ jaqra dak kollu li hemm fis-sit bil-lingwa Maltija.
Bla dubju dan huwa unur għalina li bħala l-iżgħar stat membru fl-UE nistgħu naċċessaw dan is-sit bil-lingwa tagħna.
F’dan is-sit https://the-president.europarl.europa.eu/mt wieħed jista’ jsib dak kollu marbut mal-uffiċju ta’ Roberta Metsola, fosthom l-aħħar aħbarijiet, id-djarju tagħha u informazzjoni oħra interessanti dwar din il-kariga.
Ara l-ewwel 100 jum ta’ Roberta Metsola f’100 sekonda: