Is-Suspettat Ewlieni Fil-Qtil Ta’ Mario Farrugia Ma Jidhirx Il-Qorti Minħabba Li Għandu L-Covid

 Is-Suspettat Ewlieni Fil-Qtil Ta’ Mario Farrugia Ma Jidhirx Il-Qorti Minħabba Li Għandu L-Covid

Dalgħodu, quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima kellu jitressaq Elliot Paul Busuttil ta’ 38 sena mixli bil-qtil ta’ Mario Farrugia biex jibdew jinstemgħu l-provi b’rabta ma’ dan il-każ.

Madanakollu dan ma seħħx minħabba li s-suspettat ewlieni rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Dan kien ikkomunikat hekk kif kienu se jibdew jinstemgħu l-provi, fejn il-prosekuzzjoni infurmat lill-Maġistrat Grima b’dan kollu.

Il-Maġistrat Astrid May Grima ordnat li l-kawża tibda tinstema’ il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju.

Il-każ beda f’jum il-Ġimgħa l-Kbira fejn Elliot Paul Busuttil minn Ħ’Attard tressaq il-Qorti akkużat bi qtil u li ħeba l-katavru b’bagoll ta’ karozza, li nstabet fil-Wied ta’ Ħal Qormi fil-5 ta’ April. Mario Farrugia kien ilu rapportat nieqes għal diversi jiem.

L-awtopsja rriżultat li Farrugia miet kawża ta’ diversi daqqiet ta’ sikkina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com