Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fis-Swieqi

 Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fis-Swieqi

Raġel ta’ 45 sena mis-Swieqi sofra ġrieħi gravi wara li ġie mtajjar minn karozza.

L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:15am, fi Triq is-Swieqi, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqat minn Honda Accord li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Marsaskala.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com