It-Temperatura Terġa’ Tifriska Xi Ftit F’Ġurnata B’Temp Imsaħħab

🌫🌥 It-temp illum ġeneralment imsaħħab, ċlampu u mdaħħan (‘hazy’), u anqas sħun mill-aħħar jiem.
[☔️: 45% | ⚡️: 20% | 💨: 70%]
🌬 Ir-riħ ftit qawwi (F5) mill-Grigal (NE).
🌊 Il-baħar ħafif għal moderat li jitqawwa u jsir ftit qawwi, speċjalment fejn jaqbel. ⚠️
🌡 L-ogħla temperatura llum: 20°C; l-inqas illejla: 16°C.
🥶 Tinħass: 19°C | 13°C.
🔆 Indiċi UV: 8.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament mill-Għar ta’ Mixta fil-limiti tan-Nadur f’Għawdex, grazzi għal Nicole Vella