Ix-Shadow Cabinet Tal-PN Mistenni Jitħabbar Fil-Ħin Li Ġej
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech fil-ħin li ġej se jkun qed iħabbar ix-Shadow Cabinet hekk kif il-Membri Parlamentari Nazzjonalista qed ikunu msejjħa fid-Dar Ċentrali.
Jidher li l-Bernard Grech qed isejjaħ lid-Deputati wieħed wieħed biex jinfurmahom bil-portafoll li se jkunu responsabbli minnu.
Huwa mistenni li bosta Deputati ġodda kif ukoll dawk l-aktar li ġabu voti se jkunu qed jingħataw f’idhom l-aktar setturi importanti bħall-Ekonomija, Għawdex, l-Edukazzjoni, it-Trasport u Proġetti Kapitali fost oħrajn.