Ix-Xemx Terġa’ Titfaċċa Però R-Riħ Għadu Qawwi U Kiesaħ
⛅️ It-temp illum ftit imsaħħab u jiċċara, iżda bir-riħ u jinħass pjuttost kiesaħ [💨: 90%]
🌬 Ir-riħ qawwi għal qawwi ħafna (F6-7) mill-Punent Majjistru (WNW) u bil-buffuri, li jnaqqas xi ftit (F6-5) matul il-lejl⚠️
🌊 Il-baħar isir qawwi għal qawwi ħafna, b’imbatt moderat u mħawwad ⚠️
🌡 L-ogħla temperatura llum: 17°C; l-inqas illejla: 13°C.
🥶 Tinħass: 15°C | 9°C.
🔅 Indiċi UV: 7.
Ritratt mill-isbaħ miġbud ilbieraħ mix-Xlendi, fil-limiti tal-Munxar f’Għawdex, grazzi għal Maria Micallef