Jitħabbru L-Finalisti Tat-62 Edizzjoni Ta’ Sportmalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

 Jitħabbru L-Finalisti Tat-62 Edizzjoni Ta’ Sportmalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jirrikonoxxu l-kisbiet sportivi tas-sena 2021. Il-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sport li vvutaw kienu jammontaw għal 69 biex issa tħabbru l-ħames finalisti għal kull kategorija.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fis-Sala Teddie Borg fil-Kumpless Sportiv ta’ SportMalta fil-Kottonera, il-Ministru għall-Edukazzioni, l-lsport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li kien ta’ pjaċir għalih li qed jattendi għal din iċ-ċerimonja ta’ tħabbira tal-finalisti wara n-nuqqas tas-sena li għaddiet meta saret biss iċ-ċerimonja finali, minħabba s-sitwazzjoni tar-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija. Il-Ministru Grima feraħ lill-isportivi kollha magħżula fis-semi finali u awgura kull suċċess lill-finalisti.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef qal li jinsab sodisfatt bil-parteċipazzjoni tal-membri fil-proċess ta’ votazzjoni u jittama li l-għażla finali tkun tirrifletti verament il-kisbiet tal-atleti, kowċis, tims u uffiċjali tul is-sena 2021. Micallef irrimarka li għas-serata finali se jkun hawn bħala mistiedna internazzjonali l-Viċi President tal-AIPS Iannis Daras u l-President tal-Assoċjazjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta’ Ċipru Erodotos Militdaus.

Il-finalisti tat-62 edizzjoni huma:

SPORTIV TAS-SENA

NEIL AGIUS – Open Water Swimming

THOMAS BORG – Paralympics

GARY GIORDIMAINA – Wrestling

BEN PLUMPTON – Water Polo

JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Athletics)

 

SPORTIVA TAS-SENA

SUE ABELA – Ten Pin Bowling

CLAIRE AZZOPARDI – Long Jump (Athletics)

MYA AZZOPARDI – Swimming

ELEANOR BEZZINA – Target Shooting

YAZMIN ZAMMIT STEVENS – Weightlifting

 

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

JAYDEN CUTAJAR – Water Polo

KAYDEN LAGANÀ – Ten Pin Bowling

RICHARD SCHULTHEIS – Sailing

KIJAN SULTANA – Squash

JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Athletics)

 

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

FRANCESCA CLARK – Badminton

CHERISE FARRUGIA– Horse Racing

SASHA GATT – Swimming

TENISHIA THORNTON – Weightlifting

TARA VELLA CLARK – Gymnastics

 

KOWĊ TAS-SENA

ANTHONY FARRUGIA – Water Polo

JESMOND GIORDIMAINA – Wrestling

JIVKO JECHEV – Athletics

RODMAR PULIS – Weightlifting

RICK VOGELESANG – Ten Pin Bowling

 

UFFIĊJAL TAS-SENA

JULIAN BAJADA – Paralympics

TERRY CAMILLERI – Billiards & Snooker

JESMOND CARUANA – Weightlifting

TRUSTIN FARRUGIA CANN – Football

BERNARD VASSALLO – Basketball

 

TIM TAS-SENA

Billiards & Snooker – MASTERS TEAM MEN

Futsal – LUXOL ST ANDREWS TEAM MEN

Rugby – MALTA NATIONAL TEAM MEN

Water Polo – MALTA NATIONAL TEAM U/15 MEN

Weightlifting – EUROPEAN SMALL NATIONS TEAM MIXED

 

PEOPLE’S CHOICE AWARD

NEIL AGIUS – Open Water Swimming

NOEL AQUILINA – Wheelchair Basketball

ANDY GRECH – Athletics

MAJA THEUMA – Paralympics

TENISHIA THORNTON – Weightlifting

 

Waqt is-serata se jingħataw ukoll żewġ rikonoxximenti tal-aħjar żewġ atleti ta’ Special Olympics Malta u l-unur tal-Aħjar Attività Internazzjonali tas-Sena.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham għamlet appell lill-finalisti, lill-kowċis u lill-qraba tal-finalisti biex ma’ javviċinawx jew jipprovaw jinfluwenzaw lil xi ġurnalist fl-għażla tal-vot finali. Individwi li jagħmlu dan ikunu skwalifikati immedjatament mill-proċess tal-għażla.

It-62 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 23 ta’ April fil-Lukanda Corinthia San Ġorġ f’San Ġiljan, b’xandira diretta tar-Red Carpet fuq il-midja soċjali li tibda fit-8pm u tkompli bis-Serata Finali fuq TVM News+ mid-8:45pm ‘il quddiem.​

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com