Jonathan Baldacchino Għadu Rapportat Nieqes – L-Aħħar Li Deher Kien F’Ħ’Attard Fil-5 Ta’ Marzu

 Jonathan Baldacchino Għadu Rapportat Nieqes – L-Aħħar Li Deher Kien F’Ħ’Attard Fil-5 Ta’ Marzu

Il-Pulizija ppubblikat ritratt riċenti ta’ Jonathan Baldacchino li ġie rrapportat nieqes ġimgħatejn ilu.

Baldacchino, ta’ 36 sena u li joqgħod Tas-Sliema, deher l-aħħar fl-akwati ta’ Ħ’Attard fil-5 ta’ Marzu, 2022.

Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com