Jurgen Degabriele Jirbaħ Il-Plejer Tax-Xahar Għal Marzu

 Jurgen Degabriele Jirbaħ Il-Plejer Tax-Xahar Għal Marzu

L-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Marzu 2022.

Il-player internazzjonali ta’ 22 sena matul Marzu lagħab il-partiti kollha mat-team tiegħu fejn anke skorja doppjetta f’rebħa komda 4-1 li Hibernians kisbu fuq l-isfidanti l-oħra għar-rebħ tal-kampjonat Floriana.

Fl-istess xahar, Jurgen niżżel ismu wkoll fil-lista tal-iskorers bil-goal deċisiv f’rebħa ta’ 1-0 għat-Team Nazzjonali Malti f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Ażerbajġan.

Il-Viċi President tal-Malta FA Adrian Casha flimkien mal-uffiċjal tal-Bank of Valletta Geoffrey Ghigo ppreżentaw it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Marzu lil Degabriele, li għażel lil Puttinu Cares biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com