Kamp Ta’ Taħriġ Fil-Logħba Tal-Baskitbol Fl-Italja Mill-Iskola Nazzjonali Tal-Isport

 Kamp Ta’ Taħriġ Fil-Logħba Tal-Baskitbol Fl-Italja Mill-Iskola Nazzjonali Tal-Isport

18-il tifel u tifla minn l-iskola nazzjonali tal-isport bejn il-ħdax u l-erbatax-il sena attendew kamp ta’ taħriġ fid-dixxiplina tal-baskitbol f’ Tarsogno fl-Italja. L-għan ta’ dan il-kamp kien sabiex jesperjenzaw il-ġranet bħala atleti professjonali u jkollhom il-ħin sabiex jaħdmu fuq il-fiżika u t-teknika tagħhom.

L-istudenti/atleti kellhom iċ-ċans mhux biss jitħarrġu ma’plejers differenti iżda ukoll ikkompetew ma’ klabbs Taljani minn Parma.

Din hija waħda mill-viżjonijiet li għandha l-iskola nazzjonali tal-isport sabiex tagħti opportunitajiet massimi fejn jidħlu kampjijiet ta’ taħriġ f’kull dixxiplina li hemm fl-iskola. Diversi kowċis Taljani faħħru lil dawn l-atleti/plejers għat-talent tagħhom kif ukoll li mpenjaw lilhom nfushom f’logħbiet sbieħ u taw wirjiet tajbin. It-tfal kienu akkumpanjati mill-kowcis tal-basketbol tal-iskola Silvio Cassar, Miguel Falzon u Claudio Massari.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com