L-Attur Malti F’Game Of Thrones Arrestat F’Los Angeles

 L-Attur Malti F’Game Of Thrones Arrestat F’Los Angeles

L-attur Malti Joseph Gatt, ġie arrestat aktar kmieni dan ix-xahar fid-dar tiegħu f’Beverly Hills wara li allegatament inqabad li kellu konversazzjonijiet b’mod indeċenti ma’ minorenni.

Gatt ta’ 50 sena, huwa magħruf l-aktar għall-irwol tiegħu f’Game of Thrones, f’Thor, Star Trek Into Darkness u Dumbo. Il-ġenituri ta’ Joseph Gatt huma Maltin u huwa trabba f’Londra fejn beda l-karriera tiegħu. Bħalissa jgħix f’Los Angeles, Kalifornia.

Fis-6 ta’ April, dakinhar stess tal-arrest huwa kien mitkellem mill-Pulizija dwar dawn il-kuntatti ma’ minuri fuq l-internet u wara kien meħlus fuq depożitu ta’ $5,000.

Dwar dan il-każ Joseph Gatt tkellem permezz tal-mezzi soċjali tiegħu fejn qal li se jkun qed jagħmel minn kollox biex inaddaf ismu minn din l-akkuża kontrih.

Huwa qal li din l-allegazzjoni hija żbaljata u hija totalment mimlija b’informazzjoni qarrieqa. Gatt qal ukoll li huwa qed jikkoopera mal-Pulizija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com