L-Ebda Każ Ġdid ta’ Covid-19 F’San Vinċenz De Paule – Jo Etienne Abela

 L-Ebda Każ Ġdid ta’ Covid-19 F’San Vinċenz De Paule – Jo Etienne Abela

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar fuq il-midja soċjali tiegħu li lbieraħ ma kien irreġistrat l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

“Dan huwa sinjal tajjeb u li l-ħidma li qed issir inkluż anke l-għoti tat-tieni booster fil-ġimgħat li għaddew qed issarraf f’suċċess”, fisser il-Ministru Abela.

Irringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha tad-dedikazzjoni tagħhom u tenna wkoll li xorta waħda għandna nibqgħu dejjem kawti.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com