L-Għaqda Nazzjonali Każini Tal-Banda Tifraħ Lill-Ministru Owen Bonnici
L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha awgurat u ferħet lill-Ministru Owen Bonnici fil-ħatra tiegħu bħala Ministru responsabbli mill-Kultura, l-Wirt Nazzjonali u l-Kunsilli Lokali.
Fi stqarrija l-Għaqda qalet li flimkien mas-Soċjetajiet tal-Banda Maltin u Għawdxin membri tagħha jħarsu ‘l quddiem sabiex il-kollaborazzjoni mill-qrib li kien hemm mal-Ministru Bonnici meta huwa kellu dan l-istess dekasteru titkompla u titkattar sabiex matul din l-leġislatura s-Soċjetajiet tal-Banda kollha jkomplu jissaħħu fil-ħidma tagħhom b’risq il-kultura bandistika u l-festa Maltija, “aktar u aktar meta fl-2023 huwa ttamat li tingħata r-rikonoxximent bħala Wirt Intanġibbli Dinji mill-UNESCO.”
L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda temmet il-messaġġ tagħha billi awgurat l-ħidma t-tajba lill-Ministru Bonnici.