“L-Istatwa Tal-Madonna Tal-Aħrax Tinsab Fil-Periklu Li Tispiċċa Tintilef” – Ivan Castillo
“L-Istatwa tal-Madonna tal-Aħrax tinsab fil-periklu li tispiċċa litteralment il-baħar u li tintilef għal dejjem!”
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Membru Parlamentari tal-PN Ivan Castillo permezz tal-mezzi soċjali tiegħu fejn talab biex ttieħed azzjoni malajr.
Huwa qal li din l-istatwa tal-Madonna ilha hemm mill-1870.
“Tat tama lil tant sajjieda mill-Mellieħa u San Pawl il-Baħar flimkien ma’ tant oħrajn!” tenna Ivan Castillo filwaqt li qal li għad hemm iċ-ċans li tkun salvata.
Mir-ritratti li qasam jidher li fil-blat qed tinħoloq qasma kbira viċin ħafna tal-istatwa bil-probabiltà li din tispiċċa fil-baħar flimkien mal-blat.
“Ejja ma nħallux biċċa oħra minna minn wirt storiku tagħna tintilef għal dejjem għax ma għamilna xejn,” temm jgħid Ivan Castillo.