Lift Ġdid Biex Il-Papa Jinżel Fil-Grotta Ta’ San Pawl Fir-Rabat
Għadu kemm tlesta lift ġdid biex il-Grotta ta’ San Pawl issir aktar aċċessibbli.
Dan ħabbritu l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli permezz tal-mezzi soċjali tagħha fejn qalet li dalgħodu flimkien ma’ Fr Joseph Mizzi żaret l-aħħar preparamenti fir-Rabat għaż-żjara tal-Papa Franġisku. Huwa se jkun qed juża dan il-lift biex jinżel fil-Grotta ta’ San Pawl.
Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li dan il-lift se jkun qed jitħalla wara ż-żjara tal-Papa “biex il-binja turistika tibqa’ aċċessibbli għat-turisti, għall-Maltin u għar-Rabtin.”