Magħrufa L-Kanzunetti Finalisti Tas-46 Edizzjoni Ta’ L-Għanja Tal-Poplu

 Magħrufa L-Kanzunetti Finalisti Tas-46 Edizzjoni Ta’ L-Għanja Tal-Poplu

Magħrufa s-16-il kanzunetta finalista tal-Għanja tal-Poplu. Dan wara semifinali li saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster.

Il-membri tal-ġurija semgħu 40 kanzunetta kantati live u li kienu magħżula minn 131 kanzunetta li daħlu għal din l-edizzjoni. Il-ġurija tas-semifinali kienet komposta minn Dorothy Bezzina, Frank O’Neill, Johnston Farrugia (Hooli), Michael Spagnol u Tony Micallef. In-nutar Paul Callus ikkonferma r-riżultati f’kull stadju.

Dawn huma l-kanzunetti finalisti tas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-30 ta’ Lulju 2022 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Il-Kanzunetti finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022 f’ordni alfabetika huma:

Bejn il-Ħbieb – Graziana Axisa (Kevin Tanti, Chan Vella)

Festa tal-Kartapesta – Daniel Sammut (Alfred C.Sant, David Joseph Sammut)

Fil-Kexxun – Alexia Micallef (Lon Kirkop)

Ħelu Manna – MARA (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)

Il-Ħuta l-Kbira – Sarah Micallef Muscat (Rita Pace, Augusto Cardinali)

Illejla – Neville Refalo (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)

Intbaħt – Ryan Grech (Ryan Grech, Ryan Grech u Matteo Depares)

Ismi – Maria Bellia (Iona Dalli u Marija Bellia)

Klikk – Dominic Cini (Etienne Micallef, Dominic Cini)

Kont Barrani – Martina Fenech u Esther Spiteri (Etienne Micallef, Mark Spiteri Lucas)

Ma’ Kull Sekonda – Karen DeBattista u Dan (Paul Ellul, Karen DeBattista)

Mhux Biċ-Ċajt! – Rita Pace u Tikka Banda (Rita Pace, Luke Vella)

Mr X – Philip Vella (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)

Qalb ta’ Qalbi – Mark Spiteri Lucas (Mark Spiteri Lucas)

U Ijwa – Eliana Gomez Blanco (Etienne Micallef, Eliana Gomez Blanco)

Xemgħa – Mireille Rose Borg (Philip Vella)

Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com