Malta B’Donazzjoni Ta’ 200,000 Doża Tal-Vaċċin Kontra L-Covid-19 Lill-Kosta Tal-Avorju
Il-Gvern Malti bagħat donazzjoni ta’ 200,000 doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 lill-Kosta tal-Avorju.
Din id-donazzjoni waslet f’dan il-pajjiż, fil-punent tal-Afrika, il-Ħamis waranofsinhar u hija parti minn sensiela ta’ donazzjonijiet u għajnuna umanitarja li Malta tat lil numru ta’ pajjiżi eliġġibli għall-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) matul din il-pandemija.
Din id-donazzjoni hija sinifikanti wkoll peress li hi l-ikbar donazzjoni ta’ dożi ta’ vaċċin li qatt ingħatat lil pajjiż barrani, kif ukoll għall-Air Malta din kienet it-tieni l-itwal titjira diretta tal-merkanzija.
Din il-ħidma tmexxiet b’mod konġunt mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u l-Ministeru għas-Saħħa, b’ħidma mill-qrib mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.