Mara B’Ġrieħi Serji Wara Li Waqgħet F’Sit Ta’ Kostruzzjoni Fis-Sannat

 Mara B’Ġrieħi Serji Wara Li Waqgħet F’Sit Ta’ Kostruzzjoni Fis-Sannat

Anzjana ta’ 68 sena mix-Xewkija sofriet ġrieħi serji wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular minn taraġ f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-10am, fi Triq ta’ Xagħman, is-Sannat, Għawdex.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza. Hija ttieħdet permezz t’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana li fetħet inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com