Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza Fil-Marsa-Ħamrun Bypass
Mara ta’ 34 sena minn Santa Venera sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn Karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9pm, fil-Marsa-Ħamrun bypass.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqtet minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena li joqgħod Birkirkara.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.