Merħba Kbira Lill-Papa Franġisku F’Għawdex
Il-Papa Franġisku bħalissa jinsab fil-gżira Għawdxija.
Il-poplu Għawdxi ħareġ bi ħġaru sabiex isellem lill-Papa Franġisku waqt li kien għaddej mit-toroq fost ċapċip, għajjat “Viva l-Papa”, qniepen tal-knejjes jdoqqu u l-baned jferrħu lill-poplu f’dan il-mument speċjali għall-pajjiżna.
Il-Papa issa jinsab fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fejn qed immexxi laqgħa ta’ talb quddiem eluf ta’ persuni li jinsabu fil-pjazza u l-madwar.