Metsola F’Laqgħa Kuraġġuża Mal-President Ukren Zelensky

 Metsola F’Laqgħa Kuraġġuża Mal-President Ukren Zelensky

Matul laqgħa li saret ilbieraħ filgħaxija f’Kyiv il-President Ukren Volodymyr Zelensky faħħar l-ġest tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola wara żjara li għamlet ilbieraħ fl-Ukraina.

Metsola aktar tard fuq il-mezzi soċjali tagħha qalet li l-invażjoni Russa fl-Ukraina hija inaċċettabbli u mhux ġustifikata.

Hija riedet twassal messaġġ ta’ kuraġġ, tama u appoġġ lill-pajjiż Ukren u lill-poplu. Il-President tal-Parlament Ewropew qalet ukoll li l-Ewropa se tkun qed tkompli tappoġġa lill-Ukraina kif ukoll se tkompli żżid aktar sanzjonijiet kontra r-Russja.

Roberta Metsola kellha laqgħa wkoll mal-Prim Ministru Ukren Denys Shmyhal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com