“Mhux Se Nikkontesta L-Elezzjoni Każwali Biex Il-PN Jkollu T-Tielet Rappreżentant Fuq It-Tielet Distrett” – Janice Chetcuti
“B’lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista u lejn il-kostitwenti kollha li jiffurmaw parti mit-tielet distrett u wara li rriflettejt mhux ftit iddeċidejt li ma nikkontestax l-elezzjonijiet każwali.”
Dan qalitu l-kandidata tal-PN Janice Chetcuti fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn qalet li qed tieħu din id-deċiżjoni sabiex il-Partit Nazzjonalista jagħmel l-aħjar użu tal-voti kollha fit-Tielet Distrett u b’hekk ikun qed jeleġġi tliet rappreżentanti fil-Parlament.
Dan għaliex kif spjegat Janice hi se tkun tiġi eletta bil-mekkaniżmu tal-gender quota, “għalhekk se nħalli post liberu ieħor fl-Elezzjoni Każwali,” qalet Janice Chetcuti.
“Dan qed nagħmlu b’lealtà lejkom il-votanti tat-Tielet Distrett u wkoll b’lealtà assoluta lejn il-Partit Nazzjonalista,” temmet tgħid Chetcuti.
Dwar dan il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius qal li Janice Chetcuti rat il-bżonn kollettiv qabel il-bżonn individwali.
“Bid-deċiżjoni tagħha ser tippermetti lin-nofsinhar ta’ Malta jkollu rappreżentant ieħor fil-Parlament,” qal Peter Agius filwaqt li rringrazzjaha ta’ din id-deċiżjoni.
“Eżempju għalina lkoll,” temm jgħid Agius.