Neħħejna Bieb U Għamilna Mina – X’ħa Jkun Qed Isir Għada Fil-Belt?
Il-Belt Valletta għada se tkun qed tinbidel f’Belt Rumana, bil-kollaborazzjoni ta’ diversi persuni u dilettanti li normalment naraw l-ilbies tagħhom waqt xi purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira biss.
Għada mill-5:30pm ‘il quddiem se tkun qed isir parata kbira bl-isem ta’ ‘Romanus Miles’ fejn se jkunu qed jieħdu sehem għadd ta’ persuni b’kostumi ta’ suldati Rumani u nies minn dik l-epoka.
Fi Pjazza San Ġorġ u Pjazza Tritoni se jkunu qed isiru wkoll reenactments kif ukoll matul it-toroq tal-Belt Valletta se jkun hemm bosta attivitajiet għaddejjin.
Din hija attività għall-familja kollha li m’għandekx titlef.