Qabda Rekord Ta’ 800kg Kokaina Fil-Port Ħieles B’Valur Ta’ €108 Miljun

 Qabda Rekord Ta’ 800kg Kokaina Fil-Port Ħieles B’Valur Ta’ €108 Miljun

Id-Dwana ta’ Malta irnexxielha taqbad qabda rekord ta’ kokaina fil-Port Ħieles f’operazzjoni twila li bdiet ilbieraħ filgħodu u ntemmet illum waranofsinhar flimkien mal-Pulizija.

Fi stqarrija d-Dwana ta’ Malta qalet li l-kokaina kienet moħbija f’kontejner ta’ 40 pied li kien ġej mill-Kolombja u kien fi triqtu lejn il-Port ta’ Mersin fit-Turkija.

Il-kontejner inqabad wara li kien skenjat u qajjem suspett. Id-dokumenti kienu juru li kien qed iġorr kaxxi tal-banana. Però wara tfittxija intensiva nstab li 26 kaxxa tal-frott minnhom kien hemm moħbija 800kg kokaina ta’ purità għolja.

B’kollox instabu 800 pakkett li jiżnu 1kg kull wieħed. Huwa stmat li d-droga tiswa €108.2 miljun fis-suq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com