Raġel Arrestat Ftit Ħin Wara Li Wettaq Serqa F’Raħal Ġdid– Ieħor Qed Ikun Imfittex Mill-Pulizija

 Raġel Arrestat Ftit Ħin Wara Li Wettaq Serqa F’Raħal Ġdid– Ieħor Qed Ikun Imfittex Mill-Pulizija

Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit arrestaw raġel ftit mumenti biss wara li allegatament wettaq serqa, filwaqt li għaddejja b’tfittxija għall-persuna oħra.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:45pm, xħin intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Fuq il-post marru l-Pulizija tar-RIU, fejn sabu mara li qaltilhom li kienet għadha kemm ġiet misruqa minn żewġ persuni.

Il-Pulizija bdew tfittxija għalihom u ftit wara, fl-istess akwati, lemħu wieħed mill-irġiel li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħatat. Malli dan ra lill-Pulizija huwa ħarab jiġri, iżda ġie arrestat mill-ewwel. Saret tfittxija fuqu, fejn instabu affarijiet u dokumenti tal-vittma.

Ir-raġel ittieħed l-Għassa ta’ Raħal Ġdid għal aktar investigazzjonijiet, waqt li għaddejja tfittxija għall-persuna l-oħra involuta f’din is-serqa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com