Raġel Arrestat Wara Sejba Ta’ Droga Waqt Spezzjonijiet Tat-Traffiku F’Ħal Qormi

 Raġel Arrestat Wara Sejba Ta’ Droga Waqt Spezzjonijiet Tat-Traffiku F’Ħal Qormi

Raġel ta’ 36 sena li jgħix Ħal Qormi ġie arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, wara li nstab fil-pussess ta’ ammont ta’ droga waqt spezzjonijiet tat-traffiku li kienu qed isir matul il-lejl li għadda fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Kien għall-ħabta tal-10:45pm, meta l-Pulizija nnutaw Toyota IQ tieqaf ftit ‘il bogħod minnhom u x-xufier jaġixxi b’mod suspettuż. Kif raw dan, il-Pulizija avviċinaw l-imsemmija vettura u wara tfittxija fiha u fuq ir-raġel, sabu diversi pakketti suspettati kokaina, flus kontanti u oġġetti oħra relatati mad-droga.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:15am quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia mill-Pulizija tad-Distrett, flimkien mal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com