Raġel Irrappurtat Nieqes – L-Aħħar Li Deher Kien F’Pembroke
Mario Farrugia, raġel ta’ 62 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Fi stqarrija ntqal li huwa deher l-aħħar fl-akwati tar-residenza tiegħu f’Pembroke fit-28 ta’ Marzu, 2022. Hu x’aktarx qiegħed jagħmel użu minn vettura Peugeot 407 ta’ lewn griż, b’numru tar-reġistrazzjoni BGY074.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.