Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Waqt Li Kien Qed Jaħdem B’Mutur Tal-Ħart F’Ħal Safi
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Safi, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa fil-limiti tal-Karwija, f’Ħal Safi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa sofra ġrieħi f’riġlejh waqt li kien qed jaħdem b’mutur tal-ħart.
Ir-raġel kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.