Resident Tal-Fondazzjoni RISe Jpinġi Pittura Għall-Papa Bħala Rigal

Għall-miġja tal-Papa f’Malta, ir-residenti tal-Fondazzjoni RISe se tkun qed tagħtu rigal lill-Papa matul iż-żjara tiegħu f’Malta.
Anthony Taliana wieħed mill-priġunieri pinġa wiċċ il-Papa u f’ittra stqarr li xtaq ipinġih għax fih jara l-wiċċ mimli ħniena tal-Missier.
Huwa ppreżenta l-pittura lis-Segretarju tan-Nunzju Appostoliku.
Il-Fondazzjoni RISe tgħin ħabsin u persuni oħra li jkunu xelfu diffrejhom mal-ġustizzja sabiex isibu posthom lura fis-soċjetà lil hinn mid-dinja kriminali.