Rita Azzopardi Hija L-Anzjana Ta’ 75 Sena Li Tilfet Ħajjitha Traġikament Wara Li Waqgħet Minn Gallarija F’Birżebbuġa
Rita Azzopardi ta’ 75 sena minn Birżebbuġa tilfet ħajjitha traġikament wara li waqgħet minn gallarija.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7pm, fi Triq is-Sebħ, Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-vittma, waqgħet għoli ta’ madwar sular minn gallarija. Jidher li l-mara għelbet meta għal xi raġuni ċedew il-balavostri tal-istess gallarija.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, imma sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.