Roberta Metsola Se Tivjaġġa Lejn Kyiv Biex Twassal Messaġġ Ta’ Sapport U Tama Lill-Ukraina
Il-President tal-Parlament Ewropej Roberta Metsola se tkun qed tivjaġġa lejn il-Belt Kapitali ta’ Kyiv sabiex tagħti s-sapport tagħha lil dan il-pajjiż li kontinwament qed ikun attakkat mir-Russja.
Roberta Metsola ħabret dan fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn qalet li tinsab fi triqtha lejn Kyiv. Hi qalet li f’isem il-Parlament Ewropej se tkun qed twassal messaġġ ta’ tama u sapport lil dan il-pajjiż.”