Se Tiġi Rtirata Ċ-Ċittadinanza Maltija Ta’ Mara Ssanzjonata Mill-Amerika

 Se Tiġi Rtirata Ċ-Ċittadinanza Maltija Ta’ Mara Ssanzjonata Mill-Amerika

Il-Gvern Malti beda proċess ta’ privazzjoni ta’ persuna li tinstab fuq il-lista tas-sanzjonijiet ippubblikati mill-United States Office of Foreign Assets Control (OFAC) involving Maltese Legal and Natural Persons.

Dan il-proċess se jwassal biex tiġi revokata ċ-ċittadinanza Maltija ta’ Evgeniya Vladimirovna Bernova li tinstab f’din il-lista.

Fi stqarrija ntqal li l-imsemmi proċess qed jiġi inizjalat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, bħala l-Ministru responsabbli għal materji li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija.

Dan qed isir skont it-termini marbuta mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u l-Liġi Sussidjarja rispettiva, kif dawn jipprovdu li l-Ministru responsabbli jista’ jippriva persuni li jkunu ġew reġistrati jew naturalizzati b’ċittadinanza Maltija f’dawk iċ-ċirkostanzi stabbiliti bl-istess dispożizzjonijiet legali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com