Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Fil-Belt Valletta
Raġel ta’ 66 sena residenti l-Belt Valletta, għall-ħabta tal-11am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Xatt Lascaris, il-Belt Valletta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Peugeot 308, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida, u mutur Piaggio Liberty, misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.