Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Ma’ Karozza Fil-Furjana

 Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Ma’ Karozza Fil-Furjana

Raġel ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn, għall-ħabta tat-8am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Foss Ta’ Crown Works, il-Furjana.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Belta, misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa, u mutur Piaggio, misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com