Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza F’Ħaż-Żebbuġ
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4pm, raġel ta’ 39 sena residenti s-Siġġiewi ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Keeway misjuq mir-raġel ta’ 39 sena u Seat Ibiza, misjuqa minn mara ta’ 69 sena residenti Ħ’Attard.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.