Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll
Sewwieq ta’ mutur Tork ta’ 30 sena li joqgħod l-Imsida weġġa’ wara li tilef il-kontroll tal-mutur.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq it-Torri, l-Imsida.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija rriżulta li l-vittma, weġġa’ wara li tilef il-kontroll tal-mutur Stigo Valk, li kien qiegħed isuq.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.