Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll U Waqa’ Fil-Marsa-Ħamrun Bypass
Raġel ta’ 41 sena residenti Birżebbuġa, għall-ħabta tat-3am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Marsa-Ħamrun bypass.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.