Temp Ftit Imsaħħab U Jerġa’ Jiksaħ Xi Ftit Ukoll…
🌥 It-temp illum ġeneralment imsaħħab b’ammont varju ta’ sħab u ċlampu. Jinħass pjuttost kiesaħ u umdu.
🌬 Ir-riħ ftit qawwi (F5) u umdu mil-Lvant (E) li jsir qawwi (F6) mill-Grieg il-Lvant (ENE).
🌊 Il-baħar moderat għal ftit qawwi, li jsir qawwi l-aktar fejn jaqbel. ⚠️
🌡 L-ogħla temperatura llum: 17°C; l-inqas illejla: 13°C.
🥶 Tinħass: 15°C | 10°C.
🔅 Indiċi UV: 6.
Ritratt miġbud riċentament fil-limiti ta’ Ħad-Dingli, grazzi għal Mario Bugeja